Stejjer ta' Karattri Maltin

Blog fittizju miktub minn karattru fittizju ta’ specji ta’ kitteb/a Malti/ija (anonimu/a, izda li xorta kwazi hadd ma jaf bih/a). Fonts bil-Malti m’ghandix izda stejjer ta' genn Malti issib kemm trid

Monday, May 02, 2005

Mara tad-dar maltija iddisprata

aka Desparate Maltese Housewife
Carmen, 35, mara tad-dar. (Iddisprata);

Hemm arah. Liebes it-three piece suit u l-ingravata l-gdida li xtara s-sibt li ghadda. Dan x’kien dal-ghodu. Hsibtu ser juzaha biss ghal hrug dik l-ingravata daqs kemm hi pulita. Imma dan l-ahhar l-anqas tant ghadna nohorgu.. Forsi qata’qalbu li juzaha ghall-hrug u ddecida li jew juzaha ghax-xoghol - jew xejn.

- Naghmillek kafe iehor, hi?

Dmiri ta’ martu dejjem naghmlu.

- Le grazzi. Ahjar nitlaq lejn ix-xoghol, ghax illum ghandi meeting mad-direttur u nixtieq nasal kmieni biex nirrevedi r-rapport li ser nippresentalu.

Hemm mohhu fix-xoghol biss dan l-ahhar.

- Kmieni? Nahseb li ridt tghid aktar kmieni mis-soltu. Qed tahdem hafna dan l-ahhar. Hafna sieghat twal, hux qalbi?

Botta bil-pulit. Ha nara x’ser jghid issa.

- Iva. Heqq. Ghandi cans ghall-promotion u kif jghidu l-ftira shuna tajba.

Anki l-froga tajba shuna…

- Imma qalbi, mhux ahjar nqattghu ftit aktar hin flimkien ukoll. Mhux qed nghidlek biex ma tiehux l-promotion imma ta’ min jiehu ftit hin biex jirilassa ukoll.

Mohhu fix-xoghol. U jien? JIEN?

- Mhux ghalhekk immur jogging? Dak jirilassani. Idewwibli l-stress li nkun akkumulajt tul il-gurnata.

Stress. Issa hekk jsejhulu – stress, dak li jaghmel?

- Qed ihabbtuk ix-xoghol ? Ghax dan l-ahhar qed narak titlaq ghax-xoghol kmieni u tigi lura tard. Dejjem tidher ghajjien…

Is-sodda f’did-dar ghall-irqad biss qieghda!

- Iva, dan l-ahhar qed inqum imdamdam, indum ma nigi f’tieghi u l-istonku l-anqas m’hu daqshekk tajjeb. Imma xejn gravi. Xi ftit stress.

Hekk jahseb…

- Toqghodx tehdom bi kbar int.

Ahjar iggib ruhek sew, ghax ser tispicca hazin.

- Tinkwetax. Sejjer jien. Narak illejla.

Iva issa tarani llejla. Qabel ma tmur jogging u wara li tasal, tiehu xower u tintefa’ fis-sodda tonhor. Hekk sew !

Hu li johrog jahdem kuljum jista’ jmur jogging u l-anqas biss jarani. Jien li naghmel gurnata nsefter biex jigi u jsib kollox kif irid hu, ma nistax mmur l-gym. ‘U le ! Xi trid tmur il-gym taghmel. M’ghadhex ghalfejn tirqaq u jien ma rridx rgiel ohra jittantawk!’ Hekk kien qalli meta ppruvajt inkellmu. Li kieku ghadu jittantani hu, li hu zewgi fiha u ma fihiex. Imma ghalkemm hu veru li m’ghandix ghalfejn nirqaq, donnu m’ghandu l-egda interess fija!

Imma dan l-ahhar qed narah stramb wisq. Qabad imur jigri fil-ghaxijiet – daqs li kieku mhux biz-zejjed naghmel gurnata shiha wahdi nnaddaf id-dar u nsajjarlu waqt li hu jkun ix-xoghol. Issa anki wara x-xoghol sab skuza biex ma joqghodx id-dar. Kull fil-ghaxija jitlaq jigri. Idur u jdur. Sieq wara l-ohra. Id-demm jippompja gol-vini. U jien hawn id-dar nlestilu l-ikel (kollox low fat, xejn qali), il-hwejjeg (li mhux talli qed nahisilhom biss, izda anki sar ikolli ndejjaqomlu) u naddaf (ghax id-dar iridha pinna!)

Kuljum ikun irid hut, fenek jew tigieg. Dak u haxix, bi ftit minn dak il-low fat dressing. Biex niekol bicca laham, irrid insajjar ghalija ukoll. U hekk sirt naghmel, din li jiddettali anki x’niekol (bhal li mhux biz-zejjed jiddettali meta niekol, ghax ma jkunx irid jiekol wahdu) m’inihx ser incedijielhu. Allura kuljum insajjar zewg ikliet. Wahda ghalija. Ohra ghalih.

U hu qieghed barra jigri. Jew jiggerra? Jew igerr.. ahjar ma nghid xejn ghax nizbalja. Sirt nahseb hsibiejiet strambi waqt li nkun wahdi, maqfulha fil-habs semi detached bil-gnien, fi zona rispettabbli.

Sar idum ihares fil-mera. Qed jaghti kaz l-apparenza tieghu. Zgur li mhux minhabba fija.

Minn mindu qabad l-erbajn donnu ffissa. Sar difficli aktar minn qatt qabel. U biex tgahxxaqha telqet Mrs Borg, is-segretarja tieghu ghax ghalqet is-sittin u gab wahda gdida, Claire. Kemm ilha fl-officjju hi l-anqas biss ghadu jcempilli waqt il-brejk. M’ghadux jehodni mieghu ghall-parties tax-xoghol u dejjem jibqa’ tard. Nahseb li gejja xi kummiedja jiena! Dejjem sakemm ghadha ma bdietx diga !

Alla tieghi ahfirli, imma kultant kwazi nixtieq li meta jmur jogging ma jigi lura xejn. Nohlom li tghaddi karozza minn fuqu u jibqa’ tahtha. Ha ha! Tajba din… jibqa’ taht il-karozza li ttajjru.

Anzi… mieghek nhoss li nista’ nkun open. Nista’ nitkellem. Nista’ nafdak? Nista’ nqerr mieghek, hux hi? Nohlom li jien nkun ghaddejja insuq l-Land Rover tieghu gas down. U narah jiggoggja. Pulit pulit, bit-tracksuit l-gdida tan- Nike. U jiena gejja minn naha l-ohra tat-triq. Hu ghaddej minn fuq il-bankina, il-muskoli ta’ siequ il-leminija jibbiesu meta jghafas fuq l-art, filwaqt li siequ l-ohra tax-xellug titla’ sa l-irkoppa u tinzel hi sabiex taghfas ma’ l-art u titla’ l-ohra. Hekk, pass wara pass.

U jien, minn wara l-isteering li tikkontrolla l-makna hekk b’sahhitha, nilmhu.

Hemm hofra fil-bankina fejn qed jigri – jew xi toqba li haffru biex itellghu xi standard ghall-festa jew inkella l-gebel ta’ fuq il-bankina qed jimbezaq ‘l fuq.

L-istint jridni naghafas l-brejk.

Imma ma nhallihx jirkibni.

Minflok ndawwar l-isteering fid-direzzjoni tieghu. Qieghed fil-mira tieghi. U nghafsilha l-maghna. Nhossha tivvibra iktar bil-qawwa tahti. Tant qed taghad il-makna li nhossha tidwi f’widnejja sakemm sa fl-ahhar intajjru minn fuq wicc id-dinja b’sahha li tiehdu jtir b’gismu b’kollox lejn il-Hallieq fis-Sema.

Kultant din il-holma tant hi reali li kontra qalbi jkolli nidhol fil-garaxx biex nizgura ruhhi li l-Land Rover m’hix hemm. U spiss, l-anqas dak m’hu biz-zejjed. Gieli jkolli numilja ruhhi u ncempillu, taparsi ha narha kif inhu sejjer ix-xoghol.

U meta nismgha l’ehnu, nisimghu jirrispondini b’dak il-mod kazwali, iqesni m’jien xejn ghalih, imbaghad jibda’ jiddispjacini li ma qtiltux ta’ veru! Mhux talli demmek igibulhek ilma izda mbaghad jxoqq l-gharaq ghalik! Nghiduha kif inhi – m’ghandniex tfal, u hbieb qatt ma kellu wisq. Ma tantax ser jimmissjawh nies. U jien mhux ser jiddispjacini zgur jekk jigi nieqes.

Imma hu ghadu ma jafx. Ha jibqa’ sejjer hekk. Ha jibqa’ jisfida l-pacenzja tieghi. X’minghalih li qed jidhak bija ? Jibqa’ fuq dit-triq u d-doza tal-ingredjent ‘specjali’fil-low fat salad dressing tieghi jibqa’ jzdied u jizdied u jizdied… M’ghandix bzonn l-Land Rover tieghu biex intajjru. Mghaluqa hawn bejn il-kcina u l-kimika kontra l-insetti tal-gnien ghandi dak kollu li hemm bzonn…