Stejjer ta' Karattri Maltin

Blog fittizju miktub minn karattru fittizju ta’ specji ta’ kitteb/a Malti/ija (anonimu/a, izda li xorta kwazi hadd ma jaf bih/a). Fonts bil-Malti m’ghandix izda stejjer ta' genn Malti issib kemm trid

Tuesday, February 22, 2005

Lewis iqum mir-raqda

Nota mill-kittieb/a: Lewis ghandu 29 sena, huwa single, imma dejjem jghabbi ghax ghalih 'kull mara hi specjali' jew ahjar mhux fitt f'dawn l-affarijiet. Lewis jahdem go fabbrika u ghandu dizdenn naturali lejn l-awtorita', ghalhekk iqis ruhu bhala 'militanti'. Ghadu ma jafx kontra xiex qed jimmilita izda nittamaw illi dalwaqt jifhem, jew ahjar isib fonti kontra xiex jidderigi r-ribelljoni tieghu...

Dal-ghodu b’xejn ma ridt inqum mis-sodda. Mhix l-ewwel darba li tigrili, izda llum ma ridtx incedi u nammetti li l-hajja kiefra li nghixu llum tirrekjedi li kuljum bejn it-Tnejn u l-Hadd (ta’ l-inqas) irridu nqumu (fil-kaz tieghi fis-6.30), immorru x-xoghol u nghixu bhal komumunita’ ta nemel biezla u haddiema. Kullhadd f’postu, jaghmel dak li suppost biex dik il-mishutha sistema tibqa’ miexja, perpetwament tissahhah filwaqt li ddghajjef lilna.

Dolghodu kif mistenni (sakemm dejjem ma jkunx hemm xi qtugh ta’ dawl) daqq l-alarm fis-6.30. Tajtu daqqa ta’ ponn tajba (ghad ghandi idi mbengla.) Bi zball id-daqqa ta’ ponn spiccat fuq l-isnooze u ghalhekk dak il-baghal qaghad kwiet. Rega’ daqq fis-6.40 izda jien din id-darba ggilidt mieghi nnifsi biex ma naghtix kasu. Ghalfejn ghandi nohrog idi minn go taht il-kenn sublimi tal-kwilt tieghi biex inpaxxih? Ma nafx kif, jien u r-ras iebsa tieghi (li kienet mistrieha komda komda fuq l-imhadda, kwazi kollha mghottija bil-kwilt) bqajna rieqdin.

Meta stembaht hassejt li xi haga kienet stramba. Hrigt rasi minn taht il-kwilt u ghajnejja ffukaw fuq l-arlogg digitali li joqghod jharisli minn fuq il-komodina. Le! Leeeee! Is-7.20! Suppost nitlaq minn hawn fis-7.35 biex nasal ix-xoghol ezatt fil-hin. Issa? U issa x’ser naghmel?

Girja wahda sprint ghax-xower. Speci ta’ qaxxart il-lehja (ghandi xorti ma zlaqtx u hadt ghonqi bil-blade) u hrigt mid-dar minghajr kafe. X’cuc hu Schumacher. Trid tarani nipprova nserrep fit-traffik! Iva trid tarani… int imma, mhux dik il-warden! Kif tistghu topsru, iva, qabditni l-warden naqleb lanes minghajr indikator u wahhlitli ticket. Imbaghad indunat li l-break light tax-xellug ma kienitx qed tixghel, u li fil-genn li bih sparajt il-barra mid-dar dal-ghodu nsejt nilbes is-seat belt. U b’hekk minflok qassart il-hin irnexxieli ntawwlu.

Meta wasalt ix-fabbrika ovvjament kont tard. L-imghallem miskin vera orrajt. Wara li fehmtu li t-tfajla mietilha l-kelb u kelna norganizzaw il-kremazzjoni tieghu (heqq, kelli nivvinta xi haga ta’ malajr hux? Mhux ser nghidlu li ma ridtx nqum mis-sodda!) qalli li ma gara xejn imbasta naghmel it-tmien sieghat li jmissni llum.

Nghaddi minn gol-passaggi bejn workstation u ohra tal-fabbrika. Jien hu ghaddej ghall-affari tieghi, nofsni rieqed, bla kafe u bilkemm nara pespsiltli Romina. Harist leja, tifla helwa, fuq taghha u dejjem tidhak. Ghemzitli u kixfitlhi ftit saqajha minn taht id-dublett. X’saqajn dawk! U iva tara xejn, forsi llejla mmoru niehdu drink wara x-xoghol. U forsi llejla, illejla tkun!

B’fidi gdida f’dak li ser jsarraf dan il-jum nsib posti fil-fabbrika. Toni s-supervisor riesaq lejja. Ha naraw x’inhu gej. Sellimli, u jien tbissimtlu. Meta wasal hdejja pogga idu fuq spalti. ‘Xon illum qieghed bis-sick. Tahdmilna nofs ix-xift tieghu? Nhallsuk bit-time and a half ta’' U peres illi wara l-fjask tal-loghob il-hadd li ghaddha, ghandi naghti Lm 50 liz-Ziemel ha jkolli noqghod. Ghaddijo drink ma’ Romina. Ghaddijo l-fidi gdida f’dak li ser jsarraf dal-jum.

0 Comments:

Post a Comment

<< Home