Stejjer ta' Karattri Maltin

Blog fittizju miktub minn karattru fittizju ta’ specji ta’ kitteb/a Malti/ija (anonimu/a, izda li xorta kwazi hadd ma jaf bih/a). Fonts bil-Malti m’ghandix izda stejjer ta' genn Malti issib kemm trid

Monday, February 28, 2005

Hangover?

Linda, studenta, 16-il sena:


Mill-headphones li qed jrossu ma widnejja tinstema’ id-diska ‘Come Together’ - mhux il-verzjoni tal-Beatles, izda dik ta’ l-Aerosmith. It-tnabar ta’ widnejja jirbumbjaw mal-beat tad-diska li qed jarmi l-iPod li xtrali Will. Fl-isfond jinstema’ lehen xi ghalliem faxxist jeqred dwar l-anqas naf xiex. U l-anqas jinteressani. Naghti harsa lejn it-timetable ta’ llum, u jidher din hija lezzjoni tal-Malti tas-Sur Micallef.

Ghadni naqra sturduta ghax dal-ghodu qomt b’hangover gravi wara l-party fil-flat ta’ Will l-bierah. Kemm pejjipna u xrobna? Ma niftakarx. Dwar l-bierah xorb u tipjip niftakar. Daqshekk biss. U ovvja ’l Will, hux. Ma’ l-ewwel harsa li tani fuqi indunajt li kien fuq tieghu. L-ghajnejn ma jigdbux, u tieghu xeghlu b’gamra bajda tikwi, imma qatt ma bsart li kien daqshekk wild! Hsibt li-peres li ghandu 27 u diga’ lehaq manager, kien xi ftit rasu fuq ghonqu. Minn dak li niftakar mill-bierah jidher li kont qed nahseb hazin, li fil-verita’ hi haga tajba hafna, ghax ma bsartx li kien ser ikun party daqshekk tajjeb!

Illejla ser nerga’ niltaqa mieghu l-flatt...

Ifffff.... iddejjaqt hawn. Ma kienx mument li ddecjidejt nkompli nistudja biex naghmel l-A levels. Mhux li qatt xi darba vera applikajt ruhi fl-istudju, imma nsomma. Bhalissa vera ghandi aptit sigarett. Meta tispicca din il-lezzjoni? L-anqas sigarett ghadni ma pejjipt dal-ghodu! Igri jieqaf jghid da l-ghageb. Nieklu sejra is-sigarett, mhux inpejjpu b’dir-rata! Tghid nipprova nghid lis-Sir li rrid mmur it-toilet biex nispara lejn il-bitha ghal sigarett? U le. Dan xark. Jinduna ghalfejn irrid nitlaw mill-klassi zgur, u mbaghad iwahhalli xi detention. Dak jonqosni – nghaddi aktar hin hawn!

Xbajt.

Ahjar ngholli ftit il-volum fuq dan il-qahbec iPod halli l-anqas fl-isfond ma jkollix nisma’ dan l-imbecilli! Haqqq - rani... Arah gej ‘l hawn... mieghi sa jaqbad dal-ghodu. Ja baghal l hu!
- Linda…Vera tal-biza’ das-Sur Micallef. U meta jberraq ghajnejh... xi haga specjali. Diga’ tal-wahx meta iharislek b’mod ‘normali', mur ara meta jkun inkazzat! It-ton ta’ lehnu diga biz-zejjed biex jissummak. Imma jien ser nieqaflu.

- Aw Sir.

Nonfoh u naqleb ghajnejja ‘l fuq b’mod kazwali. Qiesu ma gara xejn. Kompli hekk.

- ‘Aw Sir?’ Lil min il-madonci minghalik qed tkellem? Lill ommok jew?

Diga’ telaghlu llum. Mela ma hallietux it-tfajla ‘l bierah? M’hawx cajt illum mieghu.

- U iva Sir, dan l-ghageb kollu…

Ha nipprova nagevolah qabel ma taghqad.

- Lili ara kif tkellimni. Orrajt?

B’min minghalik qed titnejjek?Wiccu riesaq tant vicin tieghi li inhoss n-nifs tieghu diehel f’halqi, riha mhallta ta’ sigaretti u kafe’. Is-Sur Micallef jieqaf u jharisli f’ghajnejja. Harstu laser li jkessahni. Insir vulkan jikwi taht is-silg li qed neghreq. Ma nafx hux effett tal-hangover imma nisthajjilni qed inhares go ghajnejn ta’ ljun, u ghalkemm naf li ghandu s-seta’ li jhassarni minn fuq wicc id-dinja ma nibzax. Nhares lura f’ghajnejh. Issa mhux bi sfida, izda biex ngharraf il-harsa tieghu. Ghajnejna jissakkru f’ta’ xulxin ghal ftit sekondi biss.

L-istudenti l-ohra baqghu ghaddejjin jaghmlu dak li kienu qed jaghmlu, jigifieri jibilghuh f’ghajnhom; min jilghab bil-mobile, min jaqra’ magazines, min jighid ic-cajt, min jparla baxx baxx biex minghalih hadd ma jisimghu. Din it-tip ta’ xenata (Min beda, is-Sir jew jien? Mhux xorta? ) mhix xi haga tal-ghageb fl-iskola li nattendi (sakemm jidhirli li nista’ naqbex gurnata u ma nigi xejn.)

Hassejt l-istorbju tal-klassi jitbieghed minni. Qiesha d-dinja zzoomjat fuqi, bhal ma jaghmel Will bil-kamera digitali tieghu. Jien u s-Sir inqtajna mill-bqija tal-klassi u waqa’ is-silenzju bejnietna, tant li t-tokk tas-sekondiera tal-arlogg biss instema’ jidwi f’widnejja. Hajti tiggebbed f’dawn il-hames sekondi.

Kieku mhux ghax qieghdin f’klassi mimlija studenti, ma nafx kienx ibusni jew jaghllaqni.

- Orrajt?

Kliemu jtennu l-isfida.

- Orrajt, sir.

Jiena t-telliefa. Izda darb’ ohra nisfidak. Nisfidak b’imhatra li naf nerbah jien.

- Hekk mela.

Iddoqq il-qanpiena, u bla ma nhares lejn xejn u lejn hadd nghaddi ghal gol bitha biex sa fl-ahhar inqabbad dak l-imbierek sigarett. Minn taht ghajnejja nara lill Julian riesaq lejja. L-anqas tpejjep sigarett bil-kwiet ghal affarik ma jhalluk in-nies.

- Lind, int orrajt gha’?

- Iva Jules. Ghalfejn?

- Le, ghax fil-klassi... mas-Sur Micallef

- Eh. X’gara?

- Rajtek stramba... kwieta. Mhux is-soltu tieghek.

- U Jules, xi tridni nagmel jekk dak dal-ghodu qasmu li jaqbad mieghi. Kien bil-bajda mdawra u ghadt ahjar ma ntiehx ghalfejn itini detention.

- Ghandek punt.

- Iva, jien ghandi punt. Imma int ghandek lighter?

Nitbissem ‘l Jules, indahhal is-sigarett go halqi u hu iqabbaduli.

Kont stramba? Kwieta?

Naghmel ta’ birruhi li ma gara xejn.

Kollox sew. Iva – kollox.

1 Comments:

Post a Comment

<< Home